Barranin
Fit-Turkija: Nirien iħallu erba’ persuni mejta

Fit-Turkija, eluf ta’ pumpiera qed jaħdmu bla heda biex jippruvaw jikkalmaw in-nirien li ħakmu villaġġi u postijiet turistiċi fl-aħħar jiem.

S’issa, kawża tan-nirien, erba’ persuni tilfu ħajjithom u għexieren iddaħħlu l-isptar għall-kura.

Il-President Tork, Tayyip Erdogan qal li 57 nirien li hemm fil-foresti jinsabu taħt kontroll, waqt li għaddejja ħidma fuq 14 oħra.

Intant, tnediet investigazzjoni biex tiddetermina jekk dak in-nar tkebbisx apposta.