Barranin
Fit-Turkija terrimot qawwi jolqot il-kosta mal-baħar Egew – jinħass ukoll fil-Gżira ta’ Samos fil-Greċja

Fit-Turkija terrimot qawwi laqgħat il-kosta mal-baħar Egew li nħass ukoll fil-Gżira ta’ Samos fil-Greċja. It-terrimot li laħħaq 7 gradi lagħqat iċ-ċentru tal-provinċja ta’ Izmir fejn ikkawża ħsarat kbar f’numru ta’ residenzi. It-terrimot ikkawża wkoll tsunami li kkawża għargħar.

Rapporti qed jgħidu li mietu 12-il perusna li wieħed minnhom għereq wara li l-ilmijiet qelbuh minn fuq il-wheelchair. Indarbu wkoll kważi 420 persuna bir-residenti kienu mħeġġa jibqgħu ġewwa minnħabba tħeżżiżiet oħra.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Malti esprima s-solidarjetà mat-Turkija u l-Greċja. Intqal li anke qed isir kuntatt mal-Maltin li jinsabu fir-reġjun u kien ikkonfermat li ma kienx hemm Maltin li ndarbu.