Ambjent
Fittex, Iġbor u Armi – kampanja ġdida għal bajjiet aktar indaf

Bl-emfasi fl-aħħar snin fuq il-ħsara u t-tniġġiż tal-ambjent marittimu mill-plastik, f’Malta nibtet kampanja oħra mmirata sabiex il-bajjiet madwar il-gżejjer Maltin jinżammu aktar indaf.

Fittex, Iġbor u Armi – tliet azzjonijiet żgħar li kampanja ġdida qed tħeġġeġ lil kull min imur il-baħar biex fi sforz kollettiv il-bajjiet ikunu aktar indaf.

Il-kampanja qed titmexxa mill-fundaturi tal-website whichbeach.com.mt li tagħti pariri lil eluf ta’ persuni dwar liema huma l-aħjar bajjiet għall-għawm.

Għal din il-kampanja kkolaboraw mal-għaqda mhux governattiva Żibel, mal-Awtorità tat-Turiżmu u stazzjon tar-radju (XFM) bil-għan li jrawmu kultura fost il-pubbliku li meta jaraw skart mormi fuq il-bajjiet speċjalment plastik, jiġbruh u jarmuh fil-kontenituri tal-iskart li jkun hemm fil-bajja.

Glenn Grech, wieħed mill-fundaturi tal-portal, qal li din hija xi ħaġa li għandna bżonn nagħmlu bħala pajjiż u kull persuna mħeġġa tiddedika biss ħames minuti biex tkun parti mill-kampanja.

“Jekk inti tmur tagħmel sagħtejn jew tlieta l-baħar, billi tagħmel ħames minuti tiġbor flixkun tal-plastik, m’intix qed tagħmel xi ħaġa ħażina. Fl-aħħar mill-aħħar mhux se tiġbor xi ħaġa maħmuġa, huwa flixkun tal-plastik li huwa vera ħażin għall-baħar” qal Glenn Grech.

Qal li jekk kull min imur il-baħar jagħmel il-parti tiegħu, il-bajjiet mhux biss ikunu aktar indaf imma aktar importanti, l-iskart mormi fihom ma jispiċċax fl-ekosistema tal-baħar.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 29 sena qed jinżamm arrestat wara li allegatament sawwat u hedded lis-sieħba tiegħu. Dorde Markovic, xufier tat-taxi mwieled is-Serbja iżda residenti s-Swieqi qed jinżamm taħt arrest wara li…

Kronaka

Żewġ persuni li kienu qed isuqu mutur ittieħdu l-isptar wara impatt bejn il-mutur u trakk tal-ġebel. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:30 fi Triq Ħal Farruġ viċin il-kumpanija tal-Lufthansa Teknik. Ir-raġel li…

Kurżitajiet

Din il-ġimgħa xi ħadd jista’ jkun fortunat jekk jitilgħu n-numri li jagħżel fil-lotterija Amerikana Mega Millions u jirbaħ $654 miljun (ekwivalenti għal €565.5 miljun). Bi premju kbir bħal dan, tista’…

Toroq

Jidher li l-maltemp tal-ġimgħa l-oħra kompla jgħawweġ dan l-arblu. Ir-ritratt hawn fuq juri periklu imminenti hekk kif arblu li jinsab fil-parkeġġ tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wasal biex jitqaċċat kompletament. Karozza…

Aktar