Barranin, Kurżitajiet
F’Jum San Valentinu se tgħidlek li “għandha bżonnok”

Rigal speċjali għal Jum San Valentinu mingħand Paris Hilton.  Hija ilha tantiċipa l-ħruġ tal-kanzunetta ġdida tagħha “I Need You” f’jum il-maħbubin b’ritratti fuq Instagram.

F’Novemru, Hilton ħabbret li se toħroġ album b’ġeneru ta’ mużika deep house, techno-pop u electro-pop.

Qalet li hija ispirata minn Katy Perry, DJ Chuckie, Michael Jackson u Madonna, iżda r-ritratti li poġġiet fuq Instagram dan l-aħħar iktar jagħtu l-impressjoni li qed timita lil Marilyn Monroe u l-film American Beauty.

Hija kienet ilha nieqsa mix-xena mużikali mill-2006 u minflok saret DJ meta ntlemħet iddoqq f’diskoteki u stabbilimenti oħra tant li daret id-dinja.

“I Need You” nibtet mill-istorja ta’ mħabba li għandha mal-mudell u attur Chris Zylka, bil-koppja mistennija tiżżewweġ dalwaqt.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

66 passiġġier huma maħsuba mejta wara li l-ajruplan li kienu abbord fuqu tilef il-kontroll fl-Iran, fiż-żona tal-muntanji Zagros. L-inċident seħħ meta l-ajruplan kien qed itir bejn Tehran u Yasuj. Il-kundizzjoni…

Barranin

13-il persuna, fosthom 3 itfal inqatlu u 15 inarbu wara li ħelikopter militari ġġarraf fil-Messiku. 12 minnhom (5 nisa, 4 irġiel u 3 itfal) mietu fuq il-post iżda persuna oħra…

Barranin

Terremot meqjus bħala wieħed żgħir laqat partijiet minn Wales u l-Ingilterra. It-theżżiż li tkejjel 4.4 fuq l-iskala Richter inħass l-iktar fin-nofsinhar ta’ Wales u fil-Lbiċ tal-Ingilterra u anke fil-Midlands. Ma…

Aktar