Għawdex
F’jum Santa Marija 22,000 persuna qasmu lejn Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex 21,870 passiġġier u 5,400 vettura.

Fi kliem Joe Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Turistika Għawdxija, dan is-sajf qed titqies bħala staġun rekord u min ħalla għall-aħħar biex jibbukkjaw fejn joqgħod seta’ spiċċa diżappuntat.

“Aħna mir-rapporti li għandna jidher li hemm domanda iktar milli għandna stock ta’ sodod fil-gżira Għawdxija. Dan ifisser li se jkun hemm nies u viżitaturi li jridu jiġu Għawdex, kemm Maltin kif ukoll barranin, li se jibqgħu ddiżżappuntati għax ma jkunux sabu akkomodazzjoni.”

F’Jum Santa Marija, tkellimna kemm ma’ turisti, kif ukoll ma’ Maltin, dwar għaliex għażlu lill-Għawdex bħala d-destinazzjoni tagħhom għal btala u ftit jiem ta’ mistrieħ.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Turistika Għawdxija, Joe Muscat qal li Għawdex kien ibati mill-istaġjonalità imma bil-mod din qed tingħeleb. Is-Sur Muscat sostna li Għawdex qed jattira turisti s-sena kollha permezz ta’ diversi attivitajiet li jiġu organizzati matul is-sena.

Joe Muscat qal “Għawdex qed jipproġetta lilu nnifsu permezz ta’ niċċeċ partikolari bħalma huwa d-diving, il-mixjiet fil-kampanja, u oħrajn li qed jiżviluppaw bħal dik tal-avventura, absiling u climbing bil-mod Għawdex joħloq prodotti ġodda li jattira nies fix-xitwa u l-ħarifa”.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 26 sena mill-Maċedonja ġie akkużat li seraq €300 minn stabbiliment fil-Mellieha fejn kien jaħdem bħala waiter. Igor Illievski wieġeb hati tal-akkuza miġjuba kontrih. Huwa radd lura l-flus li…

Qorti

Josef Sadi mill-Imsida wieġeb mhux ħati ghall-akkuża li ta daqqa ta’ flixkun lil mara Taljana meta lbieraħ kienu fi stabbiliment f’Paceville. Il-Qorti tat lil Sadi l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali…

Televiżjoni u Radju

Appuntament mill-ġdid ma’ X Factor Malta li t-tieni edizzjoni tiegħu tibda fuq TVM dalwaqt. Mill-Boot Camp għaċ-Chair Challenge u l-Judges Houses, l-udjenza ta’ TVM  se jerġa’ jkollha spettaklu ta’ talent…

Aktar