Qorti
F’jum wieħed il-Qorti taqta’ 12-il każ marbut mad-droga

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, ilbieraħ qatgħet total ta’ 12-il kawża marbuta ma’ pussess u/jew traffikar ta’ droga, bi tliet akkużati li ngħataw sentenza ta’ ħabs.

Uħud mill-każijiet kienu jmorru lura għall-2009 u l-2010, bl-iktar każijiet riċenti seħħew fl-2013. Ħamsa minn dawn il-każijiet kienu dwar pussess ta’ droga fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Minn ħames persuni akkużati b’pussess ta’ droga fil-ħabs, fosthom żewġt aħwa, kien biss Sandro Mifsud ta’ 46 sena li nstab ħati. Huwa nqabad fil-pussess tal-eroina waqt tiftix fiċ-ċella, u kien ikkundannat sitt xhur ħabs.

Mis-sebgħa l-oħra, tnejn minnhom instabu mhux ħatja, tnejn ingħataw il-libertà kundizzjonata, wieħed kien immultat, filwaqt li tnejn oħra ntbagħtu l-ħabs.

Wieħed minnhom huwa Jotham Saliba ta’ 49 sena, li nstab ħati li kien fil-pussess tal-ecstasy, kokaina, kannabis, u LSD, b’tal-ewwel tinstab f’ċirkostanzi li kienu jindikaw li ma kinitx għall-użu personali. Huwa kien akkużat ukoll li kellu din id-droga qrib post iffrekwentat miż-żgħażagħ, kif ukoll li huwa riċediv. Huwa kien ikkundannat 18-il xahar ħabs u mmultat €2,300.

Sentenza ta’ ħabs ingħatat ukoll lil Brian Barbara ta’ 44 sena, li nstab ħati li ttraffika l-kannabis, wara li fl-2010 twaqqaf mill-pulizija f’Raħal Ġdid, li fil-vettura tiegħu sabu d-droga. Il-Pulizija fittxitlu b’mandat t’arrest, wara li persuna oħra li nqabdet fil-pussess tal-kannabis qalet li kienet xtratha mingħand Barbara. Huwa kien ikkundannat disa’ xhur ħabs u multa ta’ €1,500.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

‘Touch’ hija diska ġdida mill-kantant Sebastian, u għandha filmat mużikali mżewwaq bil-lirika li tkompli mad-diska. Sebastian ħadem ma’ Matteo Depares u Aidan Cassar minn Wicked & Loud għall-kliem u l-mużika…

Kronaka

Ġuvnott ta’ 15-il sena sofra ġrieħi gravi wara li dal-lejl ittajjar f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Sant Andrija għall-ħabta tas-1.00am. Il-ġuvnott, li huwa barrani u jgħix San…

Kisbiet

Kuntistabbli tal-Pulizija kklassifika fit-tieni post fl-Olimpijadi tal-Pulizija li saru fiċ-Ċina. Din kienet l-ewwel darba li l-korp tal-pulizija ħa sehem f’dawn l-Olimpijadi. Il-Kuntistabbli, Andrew Grech li hu wkoll atleta rinomat f’pajjiżna,…

Aktar