Kurżitajiet
F’Kalifornja: Jammettu li serqu $500,000 biex jilagħbuhom f’Las Vegas

Żewġ sorijiet tas-skola Kattolika f’Kalifornja ammettew li serqu mal-$500,000 biex jilagħbuhom f’Las Vegas.

Suor Mary Kreuper u Suor Lana Chang serqu l-flus minn St James’ Catholic School f’Torrance, belt viċin Los Angeles, bl-intenzjoni biex iberbquhom fil-casinos.

Suor Mary Margaret Kreuper u Suor Lana Chang

Is-sorijiet qalu li jiddispjaċihom ta’ għemilhom wara li serqu l-flus minn kont li ġie maħluq għad-donazzjonijiet u spiżi tal-iskola.

Jidher li Sr Mary u Sr Lana ilhom madwar 10 snin inaqqru minn dan il-fond biex jonfquhom fuq safar u logħob tal-azzard.

Is-sorijiet inkixfu meta sar xi awditjar tal-fond u rnexxielhom jaħbu għemilhom billi kienu jiddepożitaw numru ta’ ċekkijiet tal-iskola f’kont separat mhux użat mill-iskola.

L-iskola qalet li filwaqt li l-Pulizija ġew infurmati bil-każ, l-iskola mhux se tressaq lis-sorijiet il-Qorti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini qal li mhux se jkun kuntent qabel ma jiġi ssekwestrat il-bastiment u arrestat l-ekwipaġġ kollu. Dan Salvini qalu fid-dawl tal-bastiment Sea Watch, li ilu mwaħħal…

Barranin

Bosta jinsabu mħassba b’saħħet il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel hekk kif reġgħet intlemħet titriegħed waqt ċerimonja uffiċjali. Il-filmat jaqbad lill-Kanċillier titriegħed mingħajr kontroll minn rasha sa saqajha waqt id-diskors tal-President Frank-Walter Steinmeier….

Kurżitajiet

Il-Pulizija fi Brandeburg fil-Ġermanja, kellhom biċċa xogħol mhux tas-soltu hekk kif spiċċaw iwaqqfu sewwieq ta’ mutur li kien qed isuq għarwien ħuta. Is-sewwieq, li kien għarwien ħlief għall-elmu u ż-żarbun…

Barranin

Feuzi Zabaat għad għandu biss 17-il sena iżda fit-Turkija, huwa meqjus eroj hekk kif salva tifla minn ħalq il-mewt. L-Alġerin lemaħ tifla tixxabbat minn residenza u ma ħasibiex darbtejn biex…

Aktar