Barranin
F’Kalifornja nirien bla kontroll ħallew nies maqbuda f’park popolari

L-elementi tan-natura qed jaħbtu wkoll għal Kalifornja fl-Istati Uniti wara li nirien bla kontroll ħallew nies maqbuda f’park popolari.

Helicopters bdew mal-ewwel ħidma ta’ salvataġġ biex joħorġu lin-nies maqbuda f’diversi nħawi tal-Mamoth Pool Reservoir, li jinsab fil-grigal ta’ Kalifornja.

In-nirien bdew il-Ġimgħa filgħaxija u baqgħu jitħeġġġu b’intensita kbira.

L-awtoritajiet qed ikomplu bil-ħidma ta’ salvataġġ f’ġirja kontra l-ħin biex joħorġu kemm jistgħu nies minn qalb id-dħaħen u l-ilsna tan-nar.

In-nirien laħqu iktar minn ħamest’elef tomna fil-foresti folti tas-Sierra National Forest.

Iktar minn sittin persuna ġew evakwati b’ħelikopters militari b’ħafna oħra għadhom iridu jiġu salvati.