F’Kalifornja: żifna ta’ raġel waqt tieġ tikseb lil mara u lid-dinja virtwali

Filmat ta’ żifna ta’ ħames minuti li ttella’ fuq You Tube ta’ raġel jiżfen ma’ sħabu waqt it-tieġ mhux biss seraq il-qalb ta’ martu iżda ta’ xejn anqas minn tliet miljun ruh li rawh fuq l-Internet. Waqt ir-reċeviment tat-tieġ, ir-raġel flimkien ma’ sħabu ssorprendew l-għarusa b’żifna kkoreografata, b’diversi stili ta’ mużika, fosthom ta’ Beyonce u Backsteet Boys. Ma setax jonqos li fl-aħħar jiżfnu mal-kanzunetta ta’ Bruno Mars “Marry  you”. Suċċess dovut anke minħabba l-kwalità tal-wirja li taw fejn l-irġiel kienu mħejjija tajjeb ħafna u attenti għall-aktar affarijiet partikolari, fejn isegwu l-mużika b’reqqa kbira… u dan fost l-entusjażmu tal-mistednin u fuq kollox tal-għarusa li tħalliet bla kliem.