Barranin
Fi Krakovja: Residenti ma jiftħux it-twieqi bil-biża’ li jidħlilhom ġewwa…

Dak li deher li huwa annimal misterjuż f’għajnejn ir-residenti ta’ Krakovja ma kien xejn għajr croissant maqbuda ma’ siġra.

Dan ikkonfermawh l-uffiċjali għall-ħarsien tal-annimali li marru fuq il-post wara li rċevew għadd ta’ ilmenti u rapporti minn għand ir-residenti li qalu mhumiex jiftħu t-twieqi bil-biża’ li dan l-annimal jidħlilhom ġewwa.

Kien hemm min ħasbu għasfur u ħaddieħor ħasbu iguana.

L-uffiċjali qalu li dan kien każ ġenwin.