Lokali
Id-Dar tal-Providenza fuq l-għatba li tiftaħ dar ġdida f’Tas-Sliema

Id-Dar tal-Providenza qed tkompli taħdem biex twettaq il-viżjoni tagħha għal aktar servizzi residenzjali fil-komunità għall-persuni b’diżabbiltà. Fil-bidu tas-sena d-dieħla se jitilgħu għal ħamsa d-djar fil-komunità bl-inawgurazzjoni ta’ dar f’Tas-Sliema, iżda diġà hemm l-impenn li tinfetaħ dar oħra fin-naħa t’isfel ta’ Malta.

Dawn huma fost il-proġetti ewlenin li se tkun qed twettaq id-Dar tal-Providenza għal persuni b’diżabbilità u li għalihom qed terġa’ tirrikorri għall-ġenerożità tal-poplu Malti.

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, id-Dar tal-Providenza se tiftaħ il-ħames dar tagħha fil-komunità, fil-Balluta, li se tilqa’ sa erba’ residenti. Id-dar qed taħdem biex tkompli tifrex il-preżenza tagħha b’residenzi għall-persuni b’diżabilità fil-komunità.

“Għandna d-dar tal-Balluta li fil-bidu tas-sena d-dieħla nkunu nistgħu ninawgurawha u hemm tkun qed tilqa’ numru ta’ residenti oħra. U jekk Alla jrid is-sena d-dieħla se nkunu qed nibdew proġett ieħor tas-sitt dar fil-komunita li din id-darba se tkun f’Ħaż-Żabbar. Għandna dar li rridu nwaqqgħuha u nerġgħu nibnuha mill-ġdid biex tkun qed twieġeb għall-bżonnijiet tal-persuni li se jkunu qed jgħixu hemmhekk,” qal Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.

Ħidmet id-Dar tal-Providenza fil-komunità bdiet tnejn u għoxrin sena ilu, bil-ftuħ ta’ Dar Żerniq fis-Siġġiewi, li tilqa’ erba’ residenti u għandha tliet djar oħra bħalha: fil-Qawra, f’Birkirkara u fiż-Żurrieq.

B’kollox id-Dar tal-Providenza toffri residenza lil 115-il persuna b’diżabbilità li għal xi raġuni ma jkunx possibbli li jibqgħu jgħixu mal-familja tagħhom. Matul din is-sena, id-Dar tal-Providenza offriet ukoll servizz ta’ respite lil 75 familja ta’ persuni b’diżabbiltà.

Fr Martin Micallef qal li d-Dar tal-Providenza għandha bżonn mal-erba’ miljun ewro u nofs fis-sena. Minbarra l-investiment fid-djar fil-komunità, din is-sena saru progetti oħra fosthom fir-riżors uman biex titmexxa l-pixxina terapewtika l-ġdida, l-istallazzjoni ta’ żewġ lifts f’Villa Papa Giovanni u kamra ġdida tal-mużika.

Il-pubbliku se jkun jista’ jara l-proġetti fl-proġetti mwettqa fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi u jiltaqa’ mar-residenti fl-ewwel tas-sena u jagħti l-kontribut tiegħu waqt festa ta’ ġenerożita. Il-festa ta’ ġenerożità, li tinkludi spettaklu minn tinda armata fil-parkeġġ tad-dar, se tixxandar fuq diversi stazzjonijiet televiżivi, fosthom Television Malta.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Aftab Prince, Pakistani ta’ 37 sena wieġeb mhux ħati għall-akkuża li fit-12 ta’ Mejju li għadda stupra mara Pakistana f’aktar minn okkażjoni waħda. Huwa kien akkużat ukoll li dan wassal…

Kronaka

Katavru ta’ raġel ta’ 67 sena mill-Mosta nstab viċin Kemmuna. Kien ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.50pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar viċin is-Sikka ta’…

Qorti

Raġel ta’ 25 sena minn Wied il-Għajn tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar tad-droga kannabis u pussess tad-droga kokaina u li kellu armi fil-pussess tiegħu. Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, huwa wieġeb mhux…

Kronaka

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Marsa dalgħodu. L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro. Mill-ewwel tagħrif jidher li ma kienx hemm iktar vetturi involuti, u jista’ jkun li s-sewwieq tilef…

Aktar