Statistika
Fl-2018 żdied id-dħul tal-familji Maltin

Id-dħul tal-familji Maltin żdied fl-2018 hekk kif statistika uffiċjali turi li l-medja tad-dħul kienet tammonta għal €28,505.

Dan ifisser żieda ta’ €675 fuq is-sena ta’ qabel, li hija attribwita għal iktar dħul mill-pagi.

L-istħarriġ ta’ kull sena dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-familji li jsir mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, juri li l-persuni li jgħixu f’riskju tal-faqar kien ta’ 82,758, żieda marġinali ta’ 0.3% fuq is-sena ta’ qabel.

Is-sena l-oħra, l-ammont ta’ persuni b’rata ta’ deprivazzjoni materjali severa kien ta’ 3.6%, 0,6% iktar minn fuq l-2018.

L-iktar fatturi li wasslu għal din iż-żieda marġinali kienu l-ammont ta’ familji li ma jaffordjawx ġimgħa vaganza bogħod mid-dar u l-fatt li l-familji ma jifilħux għal spejjeż mhux mistennija.

Ir-rata ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali żdiedet b’1.1% għal 20.1% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.