Barranin
Fl-Afganistan: It-Talibani jisfrattaw protesta min-nisa bil-gass tad-dmugħ

Uffiċjali tat-Taliban sfrattaw protesta minn għexieren ta’ nisa f’Kabul li kienu qed jitolbu li jżommu diversi drittijiet taħt it-tmexxija tat-Taliban.

Il-grupp li organizza l-protesta qal li ġew attakkati bil-gass tad-dmugħ u l-pepper spray meta ppruvaw jimxu minn pont sal-palazz presidenzjali.

Min-naħa tagħhom it-Talibani qed isostnu li kellhom jintervjenu minħabba li l-protesta ma kinitx qed tiġi kkontrollata.

Waqt din il-protesta, li hija l-aħħar waħda f’numru ta’ protesti min-nisa f’Kabul u Herat, id-dimostranti bdew jitolbu d-dritt li jibqgħu jaħdmu u li jkunu inklużi fil-gvern.

Il-pożizzjoni tat-Talibani s’issa hija li n-nisa jistgħu jkunu involuti fil-ħidma tal-gvern iżda ma jistax ikollhom rwoli ministerjali.