Droga
Fl-aħħar 6 snin aktar minn 700 persuna tressqu l-Qorti fuq traffikar ta’ droga

Aktar minn seba’ mitt persuna tressqu l-Qorti fuq traffikar ta’ droga fl-aħħar sitt snin waqt li aktar minn tlett elef persuna tressqu fuq pussess.

Dan joħroġ minn tagħrif mogħti fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fi tweġiba lid-Deputat Laburista Byron Camilleri.

Il-Ministru Farrugia qal li 749 persuna tressqu fuq traffikar waqt li 3,437 tressqu fuq pussess.

Is-sena li għaddiet kien hemm 646 persuna li tressqu fuq pussess quddiem il-Qorti jew quddiem Tribunal imwaqqaf apposta waqt li 133 tressqu l-Qorti fuq traffikar ta’ droga.

Fi tweġiba oħra lill-istess Deputat, il-Ministru Farrugia qal li kien hemm 450 persuna li tressqu l-Qorti fl-aħħar sitt snin akkużati li attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija. Minn dawn 324 instabu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Is-sena li għaddiet tressqu l-Qorti 58 persuna b’dawn l-akkużi bi 30 minnhom jinstabu ħatja.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Arnold Cassola rriżenja minn Alternattiva Demokratika minħabba dawk li fisser bħala “differenzi bejnu u l-Kumitat Eżekuttiv tal- Alternattiva” dwar l-abort. Il-kwistjoni qamet nhar il-Ġimgħa li għadda bil-Professur Cassola jirreaġixxi għal…

Qorti

Ingħata l-libertà proviżjorja ż-żagħżugħ Libjan kunsidrat li kien il-moħħ wara l-ħtif ta’ ajruplan li tniżżel Malta jumejn qabel il-Milied tal-2016. Soko Moussa Shaha Ali ilu miżmum arrestat il-ħabs minn dakinhar….

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wiegħed li gvern nazzjonalista ser jara li Għawdex ikun meqjus bħala gżira reġjun fil-kostituzzjoni biex l-Għawdxin ikollhom il-poter jiddeċiedu fuq il-ħtiġijiet tagħhom. Huwa…

Aktar