Lokali
Fl-aħħar ħin 9 terremoti laqtu l-gżejjer Maltin

Skont l-analiżi tal-Università ta’ Malta, bejn ilbieraħ u llum ġew reġistrati 9 terrimoti li laqtu lill-gżejjer Maltin.

L-akbar terremot fost id-9 li ġew reġistrati kien dak ta’ dalgħodu, fid-09:36 hekk kif immarka 3.4 fuq l-iskala richter u nħass minn bosta persuni mill-Cottonera sar-Rabat, Malta.

Fit-30 ta’ Settembru li għadda, il-Maltin qamu maħsuda fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu hekk kif terremot qawwi ta’ madwar 4.5 fuq l-iskala richter laqat il-gżejjer Maltin bl-epiċentru tiegħu ikun fuq il-baħar mediterran lejn in-nofsinhar ta’ Filfa.

Skont l-esperti fl-Unversità ta’ Malta, il-gżejjer Maltin bħalissa qed jesperjenzaw attività sesmika.

https://www.facebook.com/um.smrg/photos/a.343977368983205/3468982519815992/