Fl-aħħar sena f’Malta l-Arriva ġarret 40 miljun passiġġier

Fl-aħħar sena tal-kumpanija Arriva f’Malta ġarret ftit inqas minn 40 miljun passiġġier.

Dan joħrog minn pubblikazzjoni tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), li tagħti kwantita kbira ta’ statistika dwar it-trasport tal-art, tal-ajru u tal-baħar f’Malta.

Bejn April u Novembru tas-sena li għaddiet, il-passiġġieri li użaw is-servizz tal-karozzi tal-linja dejjem qabżu t-tliet miljuni fix-xahar, b’Lulju u Awwissu kważi laħqu qrib l-erba’ miljun passiggier.

Sal-2013, kien hemm 99 rotta tat-trasport publiku u kważi 2,000 stage.