Barranin
Fl-aħħar tal-ġimgħa l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi dwar Brexit

Fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa, l-Unjoni Ewropea se tiddeċiedi dwar jekk il-ftehim dwar Brexit huwiex possibbli.

Dan qalu l-President Franċiż Emmanuel Macron qal lill-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson, fejn infurmah li għandhom ikomplu t-taħditiet bil-għan li jkun magħruf jekk il-ftehim jirrispettax il-prinċipji tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru Johnson qal li l-Unjoni Ewropea m’għandhiex titħajjar taħseb li Brexit jista’ jseħħ wara l-aħħar jum ta’ dan ix-xahar. Madankollu, skont il-liġi hu għandu jitlob għal estensjoni f’każ li ma jintlaħaqx ftehim sad-19 t’Ottubru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Pariġi, protesta viċin l-istazzjon tal-ferrovija Gare de Lyon wassal biex żviluppa nar qawwi, bil-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kellhom jevakwaw in-nies miż-żona. Qed ikun irrapurtat li n-nar tqabbad minn dimostranti li nġabru…

Barranin

Tal-inqas 33 suldat Tork inqatlu f’attakk mill-ajru mill-forzi tar-reġim Sirjan fil-Majjistral tas-Sirja. Il-Gvernatur tal-Provinċja ta’ Hatar, Rahmi Dogan qal li kien hemm aktar persuni midruba fil-provinċja ta’ Idlib. Aktar tard,…

Barranin

Il-bugħaddas Russu Alexey Molchanov kiser ir-rekord tal-Guinness World Record li għodos għal 180 f’tul ta’ metru f’ilma inġazzat, f’nifs wieħed. Molchanov għamel din l-isfida fi kważi tliet minuti. Huwa kien…

Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Aktar