Saħħa
Fl-ajruport qed isir screening tat-temperatura tal-ġisem tal-passiġġieri li jaslu Malta

F’Malta, fl-ajruport beda jsir screening tat-temperatura tal-ġisem tal-passiġġieri li jaslu Malta biex ikun identifikat jekk dawn għandhomx id-deni li huwa wieħed mis-sintomi tal-coronavirus. U fil-port, il-ħaddiema tax-xatt irirfjutaw li jħottu merkanzija minn fuq vapuri li ġew mill-Italja jekk ma jittiħdux ċerti prekawzjonijiet. Waqt li l-awtoritajiet tas-saħħa qed iżidu l-miżuri ta’ prekawzjoni, is-Supretendent tas-saħħa pubblika Charmaine Gauci, qalet lil TVM li s’issa m’hawn l-ebda każ ta’ Coronavirus f’Malta.

Fl-ajruport beda jsir screeing permezz ta’ kameras apposta li jimmarkaw temperaturi għoljin fuq passiġġieri li jaslu Malta. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci spjegat li waqt li konxja li dan l-appart mhux infallibli, hu mezz biex jiġu identifikati kmieni każijiet suspettati tal-coronavirus kif irrakkomandat mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa.

“Min ħa jgħaddi mill-ajruport ikun jista’ jara li kull persuna li tiġi Malta qabel tmur għal-luggage, ħa jgħaddi wieħed, wieħed minn quddiem kameras li huma apposta biex jekk wieħed ikollu d-deni jinqabad, iddoqq alarm u wieħed jitwaqqaf. Hemm in-nurses qed jevalwaw lill-persuni u jgħadduhom il-clinic tal-ajruport u jekk ikun hemm bżonn isirulhom testijiet ukoll.”

Żiedet li fil-jiem li ġejjin, dan l-iscreening ser jibda ukoll fit-terminal tal-passiġġieri tal-cruiseliners u tal-katamaran fil-Port il-Kbir. Miż-żieda fil-każi ta’ coronavirus fl-Italja, il-ħaddiema tax-xatt irrifjutaw li jħottu merkanzija li waslet mill-Italja jekk ma jittiħdux ċerti prekawzjonijiet.

Transport Malta qed tfittex soluzzjoni biex tassigura li x-xogħol fil-port jibqa’ għaddej mingħajr perikli. Kelliem għal Trasport Malta wera ruħu fiduċjuż li x-xogħol fil-port ser jerga’ lura għan-normal minn għada wara li jkunu ttieħdu miżuri ta’ prevenzjoni.

Dwar l-użu tal-maskli bħala prekawzjoni, il-Professur Gauci qalet li dawn mhux bilfors ikunu effettivi l-aktar jekk jixxarbu u ma jibqgħux tarka kontra l-mikrobi.

“L-appell tagħna hu mezzi ta’ prevenzjoni bħal ma nagħmlu fuq mard respiratorju. Persuni jekk ma jifilhux ma joħorgux, tfal ma nibgħatuhomx l-iskola. Jekk se tagħtas jew tisgħol tagħmel dan f’tissue u tintrema. U importanti ħafna il-ħasil tal-idejn.”

Waqt li għamlet dan l-appell, il-Professur Gauci qalet li f’Malta s’issa m’hawn l-ebda każ ta’ Coronavirus.

“Aħna ma sibna l-ebda każ ta’ coronavirus, imma qegħdin fuq l-allert biex jekk ikun hemm nies li jqarrbu case definition ta’ sintomi respiratorji u siefru f’xi pajjiż affetwat bil-coronavirus u ġew lura Malta fi żmien 14-il ġurnata, għandna l-mezzi biex nevalwaw il-każijiet u jekk ikun hemm bżonn nagħmlu testijiet.”

Il-Professur Gauci spjegat li n-nies li għandhom sintomi ta’ għatis, deni u problemi respiratorji għandhom jibqgħu ġewwa u jikkuntattja id-dipartiment tas-saħħa.

“Jekk persuni għandhom xi mistoqsijiet jew għandhom sintomi, ma jmorrux l-emerġenza jew ċentri tas-saħħa għax jekk xi ħadd ikollu Coronavirus il-contact tracing ħa jkun iktar difficli u importanti li naqbdu il-każijiet kmieni.”

Mistoqsija għaliex l-awtoritajiet ħarġux avviż biex in-nies ma jivvjaġġawx f’żoni bħat-tramuntana tal-Italja, Dr Gauci qalet li s’issa m’hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar. Żiedet iżda li wieħed għandu jikkunsidra r-riskju li jista’ jkun hemm fil-postijiet li fejn hemm il-virus.

Anke l-Knisja ħarġet direttivi biex it-tqarbin isir biss bl-idejn u biex qabel it-tqarbin jigu ddiżinfettati l-idejn. L-Universita ta’ Malta ħarġet sejħa biex issir riċerka dwar il-Coronavirus bħala parti minn ħidma Ewropea biex jinstab fejqan għall-virus.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar