Barranin
Fl-Amerka: Imut waqt li pprova jikser rekord dinji bil-mutur – kien għadu kif sar missier

L-atleta tal-motorcross Alex Harvill miet wara li pprova jikser rekord dinji bil-mutur bil-għan li ismu jitnaqqax fil-Guiness Book of World Records.

L-atleta Amerikan, li kellu 28 sena, miet waqt li kien qed jitħarreġ f’Washington l-Amerka wara li qabża bil-mutur ma rnexxitlux. F’Washington, Harvill kien ilu jitħarreġ ħmistax bil-għan li jaqbeż distanza ta’ 107 metri bil-mutur biex eventwalment jerġa’ jagħmel dan il-ġest spettakolari quddiem il-pubbliku waqt il-Moses Lake Airshow. Spettaklu, li Harvill kien qed jistennieh bil-ħerqa kif jixhdu l-għadd ta’ ritratti u filmati li huwa tella’ dan l-aħħar fuq il-profil soċjali tiegħu fuq Instagram.

Harvill iħalli warajh tlett itfal. Dan l-aħħar, hu u martu Jessica kien għad kif kellhom tarbija.