Barranin
Fl-Amerka: Jispara fuq in-nies wara argument fuq ir-rigali waqt ‘baby shower’

F’Pennsylvania tliet persuni ndarbu fi sparaturi wara li nqala’ argument fuq ir-rigali waqt baby shower.

Dak li kellu jkun ċelebrazzjoni tal-familja għall-istennija tat-tarbija spiċċa f’mument ikrah.

Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija ssejħet minħabba li seħħew sparaturi.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-argument beda fuq ir-rigali. L-argument wassal biex xi nies ġew fl-idejn, b’persuna minnhom tispara tliet tiri qalb il-25 persuna preżenti.

3 persuni, raġel ta’ 23 sena, żagħżugħa ta’ 19-il sena u tifel ta’ 16-il sena ndarbu u kellhom jiddaħħlu l-isptar. Sa issa, il-kundizzjoni tagħhom, għadha mhux magħrufa.

Ir-raġel suspettat li spara t-tiri ġie arrestat.