Barranin
Fl-Amerka: Maxtar biċċtejn tiġieġ moqli waqt seduta importanti

Membru Demokratiku tal-Kungress niżżel biċtejn tiġieġ moqli waqt seduta tal-House Judiciary Committee biex iwassal messaġġ.

Steve Cohen, kiel it-tiġieġ moqli waqt seduta f’Capitol Hill, biex juri d-disprezz tiegħu lejn il-fatt li l-Avukat Ġenerali William Barr għażel li ma jixhedx quddiem il-Kumitat.

Cohen qal li l-messaġġ tiegħu lil Barr huwa ċar – li jqisu bħala viljakk u  bħalma tgħid l-espressjoni Ingliża ”chicken”. Skontu, Barr kellu jattendi s-seduta u jwieġeb il-mistoqsijiet.

Fis-seduta ġie diskuss ir-rapport ta’ Robert Mueller – li investiga l-indħil tal-gvern Russu fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana fl-2016.

Cohen ma ddejjaq xejn imaxtar it-tiġieġ anke jekk kienu għadhom id-09:00am u flimkien mal-ikel ġab miegħu wkoll tiġieġa taċ-ċeramika.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau qal li ma jistax jiftakar kemm-il darba żebagħ wiċċu iswed meta kien żagħżugħ, hekk kif ir-ritratti tiegħu bl-irtokk iswed f’wiċċu komplew jiddominaw il-kampanja għall-elezzjoni tal-21…

Barranin

L-Interpol qalet li waqt operazzjoni marittima li kkordinat fil-Mediterran, identifikat aktar minn 12-il suspettat terrorist barrani li qed jivjaġġa fil-Mediterran. L-aġenzija globali tal-pulizija bbażata fi Franza fi stqarrija kompliet tgħid…

Barranin

Booking.com qed tqarraq bil-konsumaturi li jirrikorru biex jibbukkjaw xi lukandi jew appartamenti onlajn. Dan qalitu l-għaqda Which? li investigat lill-kumpanija flimkien ma’ 5 oħra biex tevalwa jekk il-klijenti humiex qed…

Barranin

Tliet uffiċjali għolja ma nstabux ħatja ta’ traskuraġni mill-Qorti tal-Ġappun, fl-uniku każ kriminali marbut mad-diżastru tal-impjant nukleari Fukushima tmien snin ilu. Meta fl-2011 tsunami laqat l-impjant ta’ Tokyo Electric Power,…

Aktar