Barranin
Fl-Amerka: Tħassib ta’ protesti matul tmiem din il-ġimgħa qabel l-inawgurazzjoni ta’ Joe Biden

L-istati kollha Amerikani jinsabu fuq allerta fost tħassib ta’ protesti matul tmiem din il-ġimgħa qabel l-inawgurazzjoni ta’ Joe Biden l-Erbgħa li ġej bħala s-46 President Amerikan.

Truppi tal-gwardja nazzjonali madwar l-Amerka kollha intbagħtu Washington DC, għal-lest biex jintervjenu fil-protesti li jistgħu jinqalgħu.

L-FBI għandu rapporti li dawn il-protesti huma ppjanati minn partitarji ta’ Donald Trump.

Il-President elett Joe Biden qed iħeġġeġ biex l-Amerikani ma jivvjaġġawx lejn Washington biex jattendu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-presidenza l-ġdida, kemm minħabba l-imxija tal-coronavirus u anke biex ibiegħed kemm jista’ l-possibiltà ta’ konfronti bejn partitarji opposti.