Barranin
Fl-Amerka: Tisplodi magna t’ajruplan ftit wara t-tlugħ

F’Denver fl-Istati Uniti ġiet evitata traġedja hekk kif ajruplan tat-tip Boeing 777, b’231 passiġġier u 10 membri tal-ekwipaġġ abbord, irnexxielu jirritorna lura lejn l-ajruport wara li splodietlu l-magna ftit wara it-tlugħ.

Mal-isplużjoni, partijiet mill-magna tfarrku u niżlu fuq parti residenzjali ta’ Denver, fejn anke hawn ma weġġa’ ħadd. Fil-fatt, il-biċċa ta’ barra tal-magna instabet fi ġnien privat.

Dawk abbord qalu li semgħu splużjoni qawwija huma u tilgħin, bil-bdoti kienu pronti jdawwru l-ajruplan lura lejn l-ajruport.