Barranin
Fl-Amerka: Tmut is-6 persuna kawża tal-vaping

Mietet is-sitt persuna kawża tal-vaping – dan ħabbruh l-esperti tas-saħħa f’Kansas.

Is-sitt pesuna li mietet bi problemi fil-pulmun kienet mara li kellha aktar minn 50 sena u kienet tbati minn diversi kundizzjonijiet mediċi.

Il-mara rkadiet meta bdiet tagħmel użu minn dawn is-sigaretti elettroniċi u s-saħħa tagħha ddeterjorat f’tebqa t’għajn. L-esperti tas-saħħa ma jafux x’tip ta’ prodotti għall-vaping użat u lanqas ma jistgħu jaqbdu tarf x’hemm komuni bejn l-imwiet tal-vittmi.

B’kollox fl-Amerka ġew irrapportati 450 każ ta’ mard fil-pulmun relatat mal-użu tas-sigaretti eletteroniċi b’uħud mill-pazjenti jgħidu li dak li pejpu kien fih prodotti bħat-THC.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Sigħat wara li l-Partit Konservattiv Ingliż iċċelebra l-akbar rebħa elettorali fi 30 sena, Boris Johnson se jżur in-naħa ta’ fuq tal-Ingilterra. Johnson qal li jittama li din ir-rebħa tal-Konservattivi se…

Barranin

Fl-Istati Uniti l-kumitat ġudizzjarju parlamentari approva żewġ akkużi li dwarhom il-President Donald Trump jista’ jitneħħa mill-kariga. Il-ġimgħa d-dieħla l-mozzjoni dwar l-impeachment ser titressaq għall-vot quddiem il-kungress li huwa ddominat mid-Demokratiċi….

Barranin

Fi New Zealand komplew l-isforzi biex jinstabu żewġ katavri viċin White Island, fejn żbroffa l-vulkan Whakaari nhar it-Tnejn. Iktar qabel, f’operazzjoni delikata mill-armata ta’ New Zealand, ġew irkuprati sitt katavri…

Barranin

Il-Partit Konservattiv għamel l-ikbar rebħa minn dik ta’ Margaret Thatcher fl-1987. It-tielet elezzjoni f’erba’ snin li għaliha ħarġu jivvutaw ftit iktar minn 67 fil-mija tal-elettorat, wittiet it-triq biex fil-31 ta’…

Aktar