Barranin
Fl-Arġentina, 40 sena ħabs għal 2 qassisin li abbużaw tfal nieqsa mis-smigħ

Fl-Arġentina, żewġ qassisin Kattoliċi ntbagħtu 40 sena ħabs wara li nstabu ħatja li abbużaw tfal nieqsa mis-smigħ fi skola tal-Knisja.

Joracio Corbacho u Nicola Corradi, instabu ħatja ta’ stupru u abbuż fi skola fil-provinċja ta’ Mendoza bejn l-2004 u l-2016.

Numru ta’ vittmi kienu preżenti fl-awla tal-Qorti biex jisimgħu l-verdet.

ll-każ ħasad lill-Arġenitna, art twelid il-Papa Franġisku, b’ħafna akkużaw lill-Knisja li qed taġixxi bil-mod ħafna dwar akkużi ta’ abbużi minn ekkleżjastiċi fuq it-tfal.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

Barranin

Sittax-il persuna hu maħsub li mietu u disa’ oħra huma rrappurtati nieqsa wara xita qalila fil-gżira Ġappuniża ta’ Kyushu, li kkawżat għargħar u valangi tat-tajn. Erbatax mill-vittmi nstabu f’residenza għall-anzjani…

Aktar