
Barranin
Fl-Asja: Irrappurtat l-ewwel każ ta’ persuna bl-epatite tal-ġrieden
Raġel ta’ 56 sena minn Hong Kong żviluppa l-ewwel każ ta’ epatite E li ġejja mill-ġrieden.
Ir-riċerkaturi għadhom qed jippruvaw jifhmu kif ir-raġel spiċċa jġorr dan il-mikrobu kull ma jafu s’issa hi li nstabu ħafna ġrieden jiġru fl-inħawi ta’ daru.
Sal-lum ma kien hemm l-ebda evidenza li turi li l-mikrobu seta’ jgħaddi mill-ġrieden għall-bniedem.
Kawża tal-mikrobu, ir-raġel spiċċa kellu bżonn trapjant tal-fwied u bħalissa jinsab rikoverat fi sptar.
L-esperti qalu li anke ikel kontaminat bil-ħmieġ tal-ġrieden jaf marrad lir-raġel.
Hong Kong dan l-aħħar kellha problema b’infestazzjoni tal-ġrieden speċjalment bis-sħana li jġib miegħu s-sajf.