Barranin
Fl-Awstralja: In-nannu kien il-qattiel ta’ familtu

Fl-Awstralja, il-qtil ta’ familja ta’ 7 xxukkjat pajjiż sħiħ ftit tal-jiem ilu.

Il-qraba ta’ din il-familja jinsabu konfużi x’seta’ ġara iżda, Aaron Cockman, il-missier tal-erbat itfal li nqatlu qed isostni li nannuhom wettaq il-qtil.

Cockman qal ukoll li n-nannu, Peter Miles, kien ippjana l-affari kollha qabel wettaqha.

Cockman ma kienx jgħix ma familtu wara xi diżgwid li kellu fil-familja.

Il-Pulizija ma kkonfermawx l-identità tal-qattiel, iżda jemmnu li jinsab fost il-mejta.

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Mejju, instabu bla ħajja f’Osmington Peter Miles, martu, bintu u l-erba’ neputijiet.

Fuq il-post, instabu 3 armi li kienu kollha reġistrati fuq Peter Miles.

Ara wkoll:

Qraba tal-familja li nstabet mejta fl-Awstralja “xxukkjati”

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ismaele La Vardera, ex ġurnalist ta’ 22 sena minn Palermo, kien issorprenda bosta meta ddeċieda joħroġ bħala kandidat għal sindku fl-aħħar elezzjoni tal-Italja, taħt il-kappa tal-partit tal-Lega. La Vardera, tul…

Kurżitajiet

Mużiċist Amerikan li kien qed jipprova jakkwista lift fi Brisbane spiċċa ħa ħafna iktar minn sempliċi vjaġġ b’xejn lejn id-destinazzjoni tiegħu. Scott Hildebrand kien għadu kemm wasal fl-Awstralja mill-Messiku, u…

Barranin

Abigail Rose kienet ferħana se ttir bit-twelid ta’ bintha Aliza Rose iżda wara ftit jiem inqelbet il-folja u l-omm spiċċat tidfen lil bintha. Minkejja t-tbatija u d-diqa kollha, l-omm Amerikana…

Barranin

L-Arabja Sawdija qalet li l-ġurnalist Khashoggi safa’ maqtul. Il-Ministru tal-Affarjiet Barranin Sawdi, Adel al-Jubeir, qal li l-att kien żball kbir u ċaħad li l-prinċep seta’ ordna l-qtil ta’ Khashoggi. L-Arabja…

Aktar