X

Fl-Awstralja: Isibu ġebel kbir indurat bid-deheb

Fl-Awstralja, il-ħaddiema waqt li kienu għaddejjin bix-xogħlijiet tagħhom, sabu żewġ ġebliet kbar indurati bid-deheb.

Il-ġebel jiswew il-miljuni, bl-akbar fosthom tiżen mal-95kg b’aktar minn 2,400 uqija deheb.

Il-kumpanija qalet li rnexxielha tħaffer għad-deheb li jammonta għal $11m minn minjiera fl-inħawi ta’ Kalgoorlie l-ġimgħa li għaddiet.

Skont inġinier tal-kumpanija, is-sejba hija waħda estremament rari.