Kurżitajiet
Fl-Awstralja: L-irwejjaħ tal-laħam fuq il-BBQ wassluhom il-qorti

Familja Awstraljana spiċċat il-qorti wara li l-ġara tagħhom ma felħitx aktar għall-irwejjaħ tal-BBQs li kienu jagħmlu.

Mara li tgħix f’Girrawheen, f’Perth qalet li ma felħitx aktar għall-irwejjaħ tal-BBQs, sigaretti, l-għajjat tat-tfal u l-inbiegħ tal-klieb tal-ġirien.

Cilla Carden, li hija vegan, qalet li kawża tan-nuqqas ta’ rispett mill-ġirien,  ma setgħetx toħroġ aktar fil-parapett tagħha.

Barra minn hekk, talbet lill-qorti tordna wkoll lill-ġirien biex ibaxxu d-dawl ta’ barra u jbiddlu l-pjanti li kellhom fil-ġnien komuni għaliex kienu qed jiksru l-liġijiet residenzjali.

Il-qorti ma sabitx biżżejjed evidenza u qalet li t-talbiet tal-mara mhumiex raġjonevoli.

Il-ġirien, biex jikkuntentaw lill-mara saħansitra biddlu l-pożizzjoni tal-BBQ, ma ħallewx lit-tfal jilgħabu barra wara nżul ix-xemx u baxxew id-dwal.

Minkejja dan, Cilla Carden qalet li xorta waħda se tkompli tfittex lill-ġirien bil-qrati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

Kien wieħed minn dawk il-mumenti rari fejn qtugħ fil-provvista tad-dawl intlaqa’ miċ-ċapċip ta’ dawk preżenti. Quddiesa ta’ żwieġ f’Palermo, fi Sqallija, imxiet ħarir, u fi tmiemha ċ-ċelebrant ta l-barka lill-kongregazzjoni…

Kurżitajiet

Missier, ibnu u t-tfajla tiegħu jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif ġew salvati bit-traskuraġni ta’ ħaddieħor. Curtis Whitson flimkien ma’ ibnu u t-tfajla tiegħu ddeċidew iqattgħu xi jiem jesploraw ix-xmara Arroyo…

Barranin

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular. Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina…

Aktar