Barranin
Infern fl-Awstralja – it-temperaturi qabżu l-40 grad celsius

Infern fl-Awstralja, hekk kif fl-istati kollha ta’ dan il-kontinent, it-temperaturi qabżu l-40 grad celsius. Is-sħana qawwija qed tkompli twassal biex aktar żoni jinħakmu min-nirien.

L-akbar periklu jinsab fl-istat ta’ Victoria, b’ħaddiema ta’ salvataġġ qed iwissu li nirien qed jinfirxu b’pass mgħaġġel f’żoni rurali qrib il-belt ta’ Melbourne. Mat-tletin elf persuna gew mħeġġa jevakwaw miż-żona turistika East Gippsland.

“It’s hot and windy and there’s a lot of smoke about and a lot of fires still going. So I’m best of camping down here until it’s all over I think.”

Id-direttur għall-Bureau Meteoroloġiku fl-istat ta’ Victoria, Andrew Tupper, qal li it-temperaturi għoljin flimkien ma riħ qawwi qed ikomplu izidu l-gwaj.

“We have got a long way to go, we’re only part-way through the day in terms of the fire risk to the state and to our communities.”

Volontier iehor tilef hajtu waqt il-hidma biex jikkontrolla n-nirien fi New South Wales. B’hekk il-vittmi tan-nirien li ilhom iħeġġu minn Settembru li għadda telgħu għal għaxra.

F’Tasmania, gżira fejn l-Awstraljani kienu imorru biex jitbiegħu mill-qilla tas-sajf, ukoll qed tesperjenza temperaturi ta’ 40.8 gradi celsius. L-uffiċju meteoroloġiku qal li ż-żieda fir-riħ wassal biex it-temperatura fil-kapitali Hobard telgħet bi tmien gradi f’temp ta’ 10 minuti. Dan wassal għal twissija ta’ nirien estremi.

“Our fire dangers have moved past severe and they’re going into extreme and we’re concerned that the lightning ignitions will give us a lot of problems going forward.”

Il-ħidma ta’ salvataġġ issuktat ukoll għall-annimali li jgħixu fis-salvaġġ, hekk kif diversi inħarqu u oħrajn qed ifittxu x’jieklu u jixorbu minħabba in-nixfa li jinsabu fiha.

“We’ve noticed a lot of kangaroos in the bush just behind our fence and even on the street, come dusk time. They’re looking for food and water because it’s been so dry, and the drought, nothing is growing.”

Sigħat biss ‘il bogħod mill-bidu ta’ sena ġdida, diversi appellaw biex jitħassar l-ispettaklu popolari ta’ logħob tan-nar f’Sydney u fl-flus jintefqu biex jigu mghejjuna l-vittmi tan-nirien.  Madankolu l-awtoritajiet qalu li l-flus ilhom li intefqu u l-ispettaklu ser isir kif ippjanat.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Aktar