Barranin
Fl-Awstralja żewġ żgħażagħ akkużati li qatlu 14-il kangarù

Fl-Awstralja, żewġ żgħażagħ ta’ 17-il sena ġew akkużati bi qtil ta’ 14-il kangarù f’Sydney.

L-annimali nstabu maqtula nhar is-Sibt li għadda fit-toroq fil-Bajja ta’ Batemans.

Skont il-Pulizija l-annimali ntlaqtu minn karozza. Huma wasslu biex ilbieraħ arrestaw żewġ subien.

Huma se jitressqu l-Qorti x-xahar id-dieħel akkużati bil-qtil tal-annimali. Huma jistgħu jeħlu sa ħames snin ħabs u multa ta’ $15,000.