Barranin
Fl-Ekwador ‘vittma’ tal-Covid-19 tinstab ħajja wara taħwida mill-isptar

Mara anzjana ta’ 74 sena fl-Ekwador li ġiet iddikjarata mejta bil-coronavirus, instabet ħajja. Il-qraba ta’ Alba Maruri kienu nfurmati bil-mewt tagħha ix-xahar li għadda u aktar tard bagħtulhom id-dar, dak li ntqal kien l-irmied tagħha.

Iżda nhar il-Ħamis, is-Sinjura Maruri qamet wara tliet ġimgħat f’koma fi sptar u talbet lit-tobba sabiex jibgħatu għal oħtha. Il-familja tagħha kienu ferħanin se jtiru bl-aħbar iżda baqgħu konfużi dwar ta’ min hu l-irmied li ntbagħatilhom id-dar.

L-isptar talab apoloġija għat-taħwida li saret.

Is-Sinjura Maruri tgħix fil-belt ta’ Guayaquil, li hija l-epiċentru tal-pandemija fl-Ekwador. Il-Covid-19 ħalla mpatt qawwi fl-Ekwador fejn hemm aktar minn 22,000 każ u kważi 600 ruħ, ġew irrapportati li mietu.

Skont il-ġurnal El Comercio, is-Sinjura Maruri iddaħlet l-isptar ix-xahar li għadda b’deni qawwi u bi qtugħ ta’ nifs. Fis-27 ta’ Marzu, l-isptar avża lill-qraba tagħha li Alba Maruri mietet. Huma kienu murija katavru fil-kamra mortwarja tal-isptar iżda minn distanza minħabba l-biża li jinfirex il-virus.

In-neputi tas-Sinjura Maruri, Jaime Morla qal lill-uffiċjali tal-isptar li jaħseb li l-katavru huwa ta’ zitu għax kellu l-istess xagħar u l-istess lewn tal-ġilda bħal zitu. Il-katavru ttieħed sabiex ikun ikkremat u l-irmied intbagħtu lill-familja.

Iżda l-Ħamis, is-Sinjura Maruri qamet minn koma u qalet lit-tobba x’kien jisimha. Hija tagħthom in-numru tat-telefon tad-dar tagħha u talbet biex isir kuntatt m’oħtha Aura biex tmur għaliha l-isptar.

Tim mill-isptar żar lill-familja u talab apoloġija. El Comercio rrapporta li fl-isptar kien hemm ħafna ġenn minħabba l-ammont kbir ta’ każi ta’ coronavirus u mwiet.

Oħtha Auro kienet irrapportata li qalet li dan huwa miraklu għaliex għal kważi xahar kienu ħasbu li mietet u issa għandhom l-irmied ta’ xi ħadd ieħor.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-komunità tal-mexxeja internazzjonali mistennija tingħaqad flimkien illum bl-għan li jinġabru fondi għall-Bejrut wara l-isplużjoni devastanti li seħħet it-Tlieta li għadda. Il-konferenza virtwali organizzata minn Franza u n-Nazzjonijiet Maqgħuda mistennija tibda…

COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Barranin

Aġenziji tan-Nazzjonijiet Magħquda wissew bi kriżi umanitarja fil-Libanu wara l-isplużjoni fil-port ta’ Bejrut nhar it-Tlieta. B’kollox mat-300,000 persuna spiċċaw bla saqaf fuq rashom maqbuda fi kriżi ekonomika u l-pandemija tal-Covid-19. B’kollox mietu…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma li ż-żewġ ċentri ġodda tas-swabbing se jitwaqqfu f’Ħal Qormi u Burmarrad. Fuq programm tar-radju tal-istazzjoni tal-knisja, qal li dawn iċ-ċentri se…

Aktar