Barranin
Fl-Emirati Għarab Magħquda: min hu mlaqqam biss jista’ jmur f’postijiet pubbliċi

Il-Gvern tal-Emirati Għarab Magħquda ħabbar li mill-20 ta’ Awwissu l-awtoritajiet se jirrestrinġu l-postijiet pubbliċi għal min hu mlaqqam kontra l-Covid-19 biss.

Il-Kumitat ta’ Emerġenza dwar id-Diżastri ta’ Abu Dhabi qal li min tlaqqam biss se jitħalla jidħol f’ċentri kummerċjali, f’ristoranti, fil-ħwienet tal-kafè, f’kumplessi sportivi, f’mużewijiet, f’gyms, fl-iskejjel u fl-universitajiet.

Il-Gvern tal-Emirati Għarab qal li madwar 93% tal-popolazzjoni ta’ Abu Dhabi diġà ħadet tal-anqas l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid.