Avjazzjoni
Fl-ewwel 3 ġimgħat ta’ Lulju għaddew mal-84,000 passiġġier mill-MIA

Fl-ewwel tliet ġimgħat ta’ Lulju, għaddew mal-84,000 passiġġier mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija, il-kumpanija li tmexxi l-ajruport l-MIA qalet li qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex iżżomm l-ambjent fl-ajruport sigur għall-passiġġieri li jaslu u jitilqu minnu.

Il-MIA ħeġġet ukoll lil kull min se jħalli Malta biex ikun sagħtejn u nofs qabel l-ajruport ħalli jkunu jistgħu jsiru ċ-checks neċessarji mingħajr ħeffa żejda, u żiedet tappella biex il-passiġġieri jkollhom magħhom il-maskri għall-waqt it-titjira.