Parlament
Fl-ewwel ħames xhur tas-sena saru 1,364 test għad-droga fuq priġunieri f’Kordin

Fl-ewwel ħames xhur tas-sena saru 1,364 test għad-droga fuq persuni miżmuma l-ħabs ta’ Kordin.

Dan ħareġ fi tweġiba li l-Ministru tal-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri, ta lid-deputat Nazzjonalsita Beppe Fenech Adami.

Intqal ukoll li l-akbar għadd ta’ testijiet sar f’April, meta saru 420 test.