Lokali
Fl-ewwel nofs tas-sena 44 raġel f’Malta talbu l-għajnuna minħabba vjolenza domestika

Il-vjolenza domestika ħafna drabi nassoċjawha man-nisa, iżda fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, fost il-vittmi ta’ vjolenza domestika li talbu l-għajnuna tal-Appoġġ, kien hemm ukoll 44 raġel.

Waqt il-programm Insights fuq TVM, l-Ispettur Sylvana Gafa qalet li l-viżjoni tal-pulizija li jkun hemm spetturi speċjalizzati fuq il-vjolenza domestika.

Fl-ewwel 6 xhur ta’ dis-sena, iktar minn 300 persuna ħabbtu l-bibien tal-Aġenzija Appoġġ minħabba li spiċċaw vittmi ta’ vjolenza domestika. Fil-programm INSIGHTS, l-Assistent Direttur tal-Appoġġ, Remenda Grech, stqarret li 44 minnhom kienu rġiel li rrapportaw abbuż emozzjonali bħal theddid u tgħajjir.

“Dik hija waħda mill-agħar forom ta’ abbuż li jista’ bniedem jgħaddi minnu, għax il-kliem u l-weġgħa tibqa’ hemmhekk. Huwa diffiċli ħafna li l-bniedem jinsa dak li ġie mgħajjar bih,” stqarret is-Sinjura Grech.

Is-Sinjura Grech qalet li fl-istess perjodu, iktar minn 100 persuna attendew għall-kors tal-Appoġġ, imsejjaħ STOP, biex irażżnu rabja u jirranġaw imġiebthom. “Hemm irġiel hemm barra li jafu li għandhom problema u jixtiequ jagħmlu xi ħaġa fuqha, u allura hi responsabbiltà tagħna bħala professjonisti li nitkellmu dwar dawn il-programmi.”

Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, il-Pulizija rċeviet iktar minn elf rapport (1,002) ta’ vjolenza domestika. Saru 901 rapport kontra rġiel u 243 rapport ieħor kontra nisa. Fl-istess perjodu, fil-Qorti 5 persuni nstabu ħatja ta’ vjolenza domestika u ntbagħtu l-ħabs.

“Il-viżjoni tal-Pulizija hi li iktar ’il quddiem il-vjolenza domestika tkun investigata minn spetturi speċjalizzati fuq hekk,” qalet l-Ispettur Sylvana Gafà mill-Victim Support Unit.

Ir-rapporti li jsiru fl-għases, ikunu riferuti lill-Victim Support Unit. L-Ispettur Gafà qalet li din it-taqsima trid tissaħħah biex ikun hem aktar speċjalizzazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

Aktar