Xogħol
Fl-ewwel nofs tas-sena nqabdu mal-2,000 jaħdmu illegalment

Bejn Jannar u Ġunju li għadda, Jobsplus qabdet mal-elfejn ħaddiem jaħdem illegalment b’terz minnhom ikunu Maltin u l-biċċa kbira minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza tal-illegalitajiet kienu fil-lukandi, ristoranti u stabbilimenti tad-divertimenti.

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena t-tmien spetturi ta’ Jobsplus wettqu mal-2,433 fil-postijiet tax-xogħol u fost kważi sitt elef ħaddiem li intervistaw, sabu irregolaritajiet f’terz minnhom (2,057).

Il-Kap tat-taqsima tas-servizzi tax-xogħol ta’ Jobsplus, Mario Xuereb qal li aktar minn erbgħin fil-mija tal-ħaddiema (852) li nstab li kienu qed jaħdmu illegalment kienu minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, 635 kienu Maltin u 569 oħra mill-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

“L-aktar infringement popolari huwa li xi ħadd beda jaħdem mal-employer u l-employer m’għamillux l-engagement form dik li qabel konna ngħidulu l-ktieb tax-xogħol” qal is-Sur Xuereb.

Skont ċifri ta’ Jobsplus bħalissa hawn 43,000 ħaddiem barrani f’Malta, 30,000 minnhom ġejjin minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u l-kumplament minn pajjiżi oħrajn bħal Filippini u s-Serbja.

Is-Sur Xuereb qal li waqt l-ħaddiema mill-Unjoni Ewropea jistgħu jaħdmu bla xkiel bħal Maltin, il-ħaddiema minn pajjiżi oħrajn jeħtieġu l-permess tax-xogħol u jridu jgħaddu mill-għarbiel tal-Pulizija, Identity Malta u Jobsplus..

“Aħna nagħmlu dak li jgħidulu labour market test u fih naraw l-individwu kemm hu adattat għal dak it-tip ta’ xogħol, naraw l-employer eżempju kellux redundancies fl-aħħar sitt xhur u nagħmlu checks ukoll fuq is-sitwazzjoni tax-xogħol” qal is-Sur Xuereb.

Jiddependi mix-xogħlijiet, il-permessi tax-xogħol jinħarġu għal perjodu ta’ sena u f’ċertu każijiet għal perjodi nqas.

Is-Sur Xuereb qal li kull fejn jinstabu irregolaritajiet, Jobplus tagħti ċans lil min iħaddem biex fi żmien qasir jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu u jekk le tieħu passi fil-Qrati.

Il-maġġoranza tal-irregolaritajiet li nstabu bejn Jannar u Ġunju li għadda kienu fl-industrija tal-ospitalità bħal-lukandi u r-ristoranti, wara fil-qasam tas-servizzi u l-bejgħ waqt li 153 irregolarità kienu fl-industrija tal-kostruzzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għas-Saħħa Dr Stephen Spiteri ħeġġeġ lill-Gvern li jekk hemm bżonn jirrevedi l-mod kif tinxtara l-mediċina li titqassam b’xejn minħabba li pazjenti tfal li jbatu bil-kundizzjoni tal-ADHD qed…

Għawdex

Bejn Awwissu u Settembru ta’ din is-sena se jittella’ ċ-Ċittadella Arts Festival f’Għawdex. Dan il-festival qed jiġi organizzat minn DCapitals Big Band bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u ta’ Malta Arts Council…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-bini ta’ blokok residenzjali f’San Vinċenz de Paul, fil-limiti ta’ Ħal Luqa. Dawn l-erba’ blokok residenzjali mistennija jakkomodaw mal-490 resident. Il-proġett huwa mifrux fuq 16,500 metru kwadru…

Teknoloġija

Il-Kap Eżekuttiv tal-GO, Nikhil Patil, qal li kważi wasal nofs triq l-investiment ta’ €100 miljun li l-kumpanija qed tagħmel f’sistema ta’ fibre optic cable għas-servizzi tagħha. Huwa qal li dal-proġett…

Aktar