Lokali
Fl-ewwel sitt xhur HSBC Bank jirreġistra qligħ qabel il-ħlas tat-taxxa ta’ €20.9 miljun

HSBC Bank ħabbar li fl-ewwel sitt xhur tal-2019 għamel qligħ qabel it-taxxa ta’ kważi €21 miljun. Il-Bank ħabbar li ser iqassam dividend ta’ nofs is-sena lill-azzjonisti tiegħu. Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank, Andrew Beane qal li l-pass li jmiss għall-HSBC f’Malta huwa li joffri servizz ta’ klassi dinija lil klijenti Maltin.

Bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena HSBC f’Malta għamel qligħ qabel it-taxxa ta’ ftit inqas minn €21 miljun, 30% iktar mill-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet.

Waqt il-preżentazzjoni tar-riżultati, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank Andrew Beane qal li din iż-żieda fil-qligħ hija riżultat fost oħrajn tal-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-immaniġjar tar-riskju u t-tnaqqis fl-ispejjeż.

Il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC żied jgħid li l-bank żied b’€73 miljun is-self lil klijenti. Dwar il-ftuħ ta’ kontijiet lil ċittadini barranin qal li l-bank diġà joffri servizz mingħajr skossi u spjega li l-bank qiegħed ikompli jissimplifika dan il-proċess.

Ir-riżultati tal-bank għall-ewwel sitt xhur tas-sena juru li d-depożiti tal-klijenti naqsu €38 miljun. Il-Bank qal li minkejja ż-żieda fl-investiment fis-servizzi online, il-Bank ser iżomm preżenza b’saħħitha fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex.

Mistoqsi dwar ir-riżenja tal-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC John Flint li tħabbret fl-aħħar sigħat, il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC f’Malta ma riedx jikkumenta. Mistoqsi dwar l-isfidi bankarji internazzjonali li anke saret referenza għalihom fir-riżenja ta’ Flint bi qbil mal-bord, Andrew Beane qal fost l-isfidi hemm ir-rata negattiva tal-interessi mħalsa lil banek mill-Bank Ċentrali Ewropew.

“Clearly there are some difficulties in the global economy, we have seen it particularly in the Euro zone, which is talking about further cuts in interest rates which are already negative, and that is a significant head wind, and when customers ask themselves why do they get so little interest, if any at all on bank deposits, this is the reason why.”

L-HSBC ħabbar li ser iqassam dividend gross ta’ 1.7 ċenteżmi għal kull sehem lill-azzjonisti tiegħu għall-ewwel nofs tas-sena finanzjara tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar