Kultura
Fl-Għarb: It-tieni edizzjoni tal-festival tat-tajr

Rappreżentanti minn għoxrin pajjiż ser jipparteċipaw fit-tieni edizzjoni tal-International Kite & Wind Festival li ser isir fl-Għarb fi tmiem il-ġimgħa. Thomas Abdilla li għandu passjoni kbira għat-tajr qal li ser jingħaqad ma’ rappreżentanti minn diversi pajjiżi.

“Ser jieħdu sehem ħafna pajjiżi mill-Ewropa, mill-Malażja, Indoneżja, mill-Ġappun u wkoll mis-South America.

Id-delettanti ser ikollhom tliet tajriet differenti skont il-qawwa tar-riħ. “Inti l-importanti li jkollok tliet tajriet differenti, waħda ta’ ftit riħ li tieħu sa 5 knots, 28 knots u mbagħad ‘il fuq tista’ tieħu anke sa 27 knots, ikun forza 5 jew forza 6”.

Il-qisien tat-tajr li ser jittajru fil-festival ser ivarja minn dawk żgħar ħafna għall-oħrajn li ser ilaħħqu l-100 pied.

“Ikun hemm tajr li jintefaħ u jrid ċertu saħħa jiġifieri li l-ħbula jkunu ta’ 200 kilos allura għandek ċertu saħħa.”

L-International Kite & Wind Festival li qed jittella’ mill-Kunsill tal-Għarb ser joffri l-opportunità lill-pubbliku biex jitgħallem dwar kif jibni t-tajr, x’materjal li għandu jintuża fosthom in-nylon biex it-tajra tkun tiflaħ għar-riħ. Il-festival ser isir fi tmiem il-ġimgħa fl-Għarb f’Għawdex bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Televiżjoni u Radju

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM. It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu…

Aktar