Barranin
Fl-Indja 6 irġiel jinstabu ħatja bl-istupru, tortura u qtil ta’ tifla ta’ 8 snin

Sitt irġiel Indjani minn tmienja, instabu ħatja bl-istupru, tortura u l-qtil ta’ tifla ta’ tmien snin is-sena l-oħra fil-Kashmir.

Il-katavru tat-tifla li kienet mit-tribu tal-Musulmani nstabet qrib foresta. Il-każ kompla qajjem kontroversja wara li gruppi estremisti tal-Hindu pprotestaw għall-arrest tat-tmien akkużati.

Kollha kemm huma ċaħdu l-akkużi. Minn tmienja, wieħed ġie illiberat u ieħor huwa taħt l-età u se jitressaq quddiem qorti apposta. Omm it-tifla qed titlob tnejn mill-akkużati jingħataw piena kapitali – dawn huma uffiċjal tal-gvern irtirat u uffiċjal tal-pulizija, li l-familja tat-tifla qed jgħidu kienu l-imħuħ wara l-qtil.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zippy miet eroj hekk kif irnexxielu jsalva lil familtu minn ħalq il-mewt. Il-familja Butler jgħixu f’Bradeton, fi Florida meta lejl minnhom, waqt li kienu rieqdin, tħeġġeġ in-nar fir-residenza tagħhom. Minkejja…

Barranin

Il-passiġġieri abbord titjira tad-Delta twerwru wara li l-ajruplan li kienu qed jivvjaġġaw fuqu qabad u niżel mad-9,000 metru ‘l isfel f’daqqa. It-titjira, li telqet minn Atlanta, esperjenzat dak li jissejjaħ…

Kurżitajiet

Fir-riżerva naturali tal-Maasai Mara tfaċċat żebra rari….flok bi strixxi bojod u suwed….b’tikek bojod fuq sfond iswed.   Il-ferħ ta’ żebra skantat lil bosta bid-dehra tagħha u ngħatat l-isem ta’ Tira,…

Barranin

Fl-Eġittu, mijiet ta’ dimostranti nġabru fi Pjazza Tahrir fil-Kajr, fl-ewwel protesti mindu laħaq il-President Abdul Fattah al-Sisi fl-2014 wara r-rivoluzzjoni Eġizzjana tliet snin qabel. Il-forzi tal-ordni tefgħu gass tad-dmugħ biex…

Aktar