Barranin
Fl-Indja ħanut tax-xagħar ordnat iħallas €231,000 wara li qata’ xagħar mudella ħażin

Fl-Indja, il-Qorti tal-Konsumatur ordnat ħanut tax-xagħar biex iħallas €231,000 lil mudella wara li ma mexiex ma’ dak li qaltlu u qatagħlha xagħarha qasir.

Il-mara, li kellha xagħarha twil ħafna u parti minn xogħolha huwa li tagħmel reklami lill-kumpaniji ta’ prodotti tax-xagħar, ilmentat li minħabba dan l-iżball tilfet ħafna xogħol.

Qalet li kawża ta’ dan tilfet ħafna flus u xekklilha l-ħolma tagħha li tavvanza fl-immudellar. Kompliet tgħid li għaddiet minn trawma kbira li waslitha biex titkeċċa wkoll minn xogħolha.

Il-każ imur lura fl-2018. Wara li kienet ilmentat, il-ħanut kien offrilha trattament għal xagħarha b’xejn, li skontha dan it-trattament iktar għamlilha ħsara f’xagħarha.