Barranin
Fl-Indja: Jitolbu apoloġija wara li waddbu nies mejta bil-Covid-19 bl-addoċċ

L-awtoritajiet fi stat Indjan talbu apoloġija wara li filmat wera ħaddiema b’ilbies protettiv iwaddbu bl-addoċċ ġo ħofra katavri ta’ persuni li mietu bil-Covid-19.

Il-każ seħħ f’Karnataka, bl-awtoritajiet jikkonfermaw li l-filmat li beda jdur fuq il-midja soċjali kien awtentiku.

F’ittra ta’ apoloġija inkondizzjonata lill-qraba tal-mejta, l-awtoritajiet qalu li l-ħaddiema kienu segwew il-protokolli kollha, ħlief fil-mentalità li l-katavri ma jistħoqqilhomx dinjità.

L-awtoritajiet qalu li l-ħadidema tneħħew, u minflokhom iddaħħlu persuni li se jitrattaw il-katavri b’mod iktar sensittiv.

F’Karnataka mietu 246 persuna bil-Covid-19, anki jekk dan huwa kkunsidrat wieħed mill-iktar stati li rnexxielu jikkontrolla l-imxija tal-virus.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Qorti Franċiża ordnat inkjesta dwar il-mod kif il-gvern ittratta r-rispons għall-firxa tal-coronavirus bl-investigazzjoni tiffoka fuq l-ex prim ministru Edouard Philippe. Dan sar wara lmenti li saru minn unions u tobba…

Barranin

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Portugiż qal li l-esklużjoni tal-Portugall mil-lista ta’ pajjiżi fejn il-kwarantina mhix eżenti għall-persuni li jridu jsiefru lejn l-Ingilterra hija assurda. Augusto Santos Silva qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet tal-BBC…

Safar

Malta, Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja huma fost il-pajjiżi Ewropej li r-Renju Uniti iqis bħala pajjiżi b’riskju baxx. Tħallew barra pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Istati Uniti u l-Brażil minħabba l-għadd għoli ta’…

Barranin

Jean Castex hu l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Franza. Dan wara li Édouard Philippe rreżenja mill-kariga li kienu ilu jservi 3 snin. Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Partit ta’ Macron mar…

Aktar