Barranin
Fl-Indja jmutu minn tal-anqas 9 persuni wara li kkonsmaw sanitiser

Minn tal-anqas disa’ persuni fl-Indja mietu wara li fl-aħħar jumejn ikkonsmaw sanitiser b’livell għoli ta’ alkoħol.

Uffiċjal għoli tal-pulizija f’Kurichedu qal li n-nies għandhom il-vizzju tax-xorb alkoħoliku u għax l-alkoħol mhux disponibbli minħabba l-lockdown, qegħdin minflok jikkonsmaw is-sanitisers li huma aktar aċċessibbli.

Żied li minbarra dawk li mietu, persuni oħra li kkonsmaw sanitiser, inħarġu mill-isptar.

Infetħet ukoll investigazzjoni fuq l-imwiet.

Aħbarijiet Oħra

L-Awstralja rnexxielha tirreġistra rekord bl-inqas każijiet ta’ Covid-19 fi tlett xhur, fejn irrapportat biss 18-il każ ġdid. Fl-istat ta’ Victoria li kien meqjus bħala l-epiċentru għall-virus irreġistra biss 14-il każ…

Il-kumpannija TikTok fl-Istati Uniti qalet li ftehim bejn il-kumpannija Ċiniża u dawk Amerikani Oracle u Walmert wassal biex dan l-app tant popolari mat-tfal, żgħażagħ u anki adulti jibqa’ jopera fl-Istati…

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-ġimgħa d-dieħla se jinnomina mara biex timla l-post vakanti tal-Imħallef tal-Qorti Suprema Ruth Bader Ginsburg li mietet jumejn ilu fl-età ta’ 87 sena. Ġimgħat…

Uffiċjali tal-FBI kkonfermaw li rnexxielhom jintraċċaw u jwaqqfu pakkett indirizzat lil Trump li kien mimli bil-velenu ricin. Il-pakkett kellu jasal il-White House iżda l-FBI u uffiċjali tas-Servizzi Sigrieti rnexxielhom jintebħu…

Aktar