Barranin
Fl-Indja: Mar jidfen lil bintu u sab tarbija midfuna ħajja

Raġel fit-Tramuntana tal-Indja spiċċa bla kliem meta mar jidfen lil bintu u sab tarbija midfuna ħajja.

Ir-raġel kien qed iħaffer il-qabar ta’ bintu li twieldet mejta meta sema’ għajta ta’ tarbija.

F’intervista li ta lil midja tal-lokal, ir-raġel qal li għal mument ħaseb li bintu reġgħet bdiet tieħu n-nifs iżda ntebaħ li l-biki kien ġej minn ġo ġarra tal-fuħħar li kixef huwa u jħaffer.

Meta fetaħ il-ġarra, ir-raġel sab tarbija tat-twelid u minnufih ċempel lill-awtoritajiet għall-għajnuna.

It-tarbija, tifla ta’ ftit jiem, qed tissielet għal ħajjitha l-għaliex il-kundizzjoni tagħha hija gravi.

Dan mhux każ iżolat għall-Indja l-għaliex ta’ spiss jinstabu mormija trabi bniet l-għaliex huma meqjusa bħala piż żejjed fuq il-familja. F’ċertu bliet u rħulha fl-Indja għadha teżisti l-kultura li t-trabi subien biss jitqiesu bħala grazzja l-għaliex ifissru prosperità għall-familji.

Skont it-tobba li qed iżommu għajnejhom fuqha, it-tarbija twieldet qabel il-waqt u kienet ilha midfuna mat-3 ijiem. Huma jemmnu li baqgħet ħajja bis-saħħa ta’ ftit arja li nqabdet fil-ġarra u x-xaħam li kien għadu mwaħħal mal-ġilda tagħha.

It-tifla ssemmiet Sita u l-Politikant tar-Reġjun fejn instabet, Rajesh Kumar Mishra, ħalef li se jadottaha la darba tikseb lura saħħitha.

Il-Politikant Rajesh Kumar Mishra jżur lit-tarbija li ma kellhiex bidu ta’ ħajja feliċi

Fl-Indja jsir abort ta’ miljuni ta’ trabi bniet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Wara 48 siegħa jgħixu mumenti mill-aktar drammatiċi, ir-residenti u s-sidien tan-negozji f’Venezja ħadu ftit tan-nifs hekk kif stenbħu f’temp bnazzi u bil-livell tal-ilma inqas mir-rekord ta’ kważi żewġ metri fis-sigħat…

Barranin

Minn tal-inqas 5 persuni ndarbu fi sparaturi li seħħew fi skola f’Kalifornja. L-isparaturi seħħew f’Saugus High School f’Santa Clarita ftit minuti qabel bdew il-lezzjonijiet. Is-suspettat huwa ġuvni Ażjatiku ta’ 15-il…

Barranin

Il-ħamiem issibu kważi f’kull belt ewlenija madwar id-dinja foshom fil-Belt Valletta, iżda qatt innutajt li xi wħud minnhom bi swaba’ neqsin? Jidher li dan it-tajr jitlef xi swaba’ mhux għax…

Aktar