Kurżitajiet
Fl-Ingilterra: Għatta wiċċu b’serp flok b’maskra…

Aktar kmieni din il-ġimgħa, fuq it-trasport pubbliku fl-Ingilterra ntlemaħ raġel b’serp ma’ wiċċu flok maskra.

L-inċident seħħ fuq karozza tal-linja li kienet fuq vjeġġ minn Swindon għal Manchester, fejn ir-raġel donnu għamilha fatta li s-serp li kien imdawwar ma’ wiċċu u ħalqu kien daqslikieku maskra.

Il-kumpanija tat-trasport qalet li r-raġel ma mexiex mal-protokolli tal-gvern u għalhekk ma sabitux konformi mal-miżuri tal-Covid-19 li tħabbru għadd ta’ xhur ilu.

Jidher li s-serp ma ta fastidju lil ħadd fuq il-karozza tal-linja b’bosta ammettew li għall-bidu ma tawx każ u ħasbu li r-raġel ma kien liebes xejn ħlief maskra kkulurita.

Aħbarijiet Oħra

Inġabru ftit aktar minn €500,000 s’issa waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi mill-fondazzjoni Malta Community Chest Fund. https://www.facebook.com/MCCFFmalta/photos/a.233363666290/10158854032931291/ Il-maratona li qed tixxandar dirett fuq Television Malta bdiet f’nofsinhar b’waqfa għall-aħbarijiet…

Din is-sena l-vendemmja naqset iżda l-kwalità tal-għeneb kienet tajba ħafna. Dan intqal minn produttur ewlieni tal-inbid lokali Jeremy Cassar li appella wkoll biex iż-żgħażagħ li jixtiequ jinvestu fl-agrikoltura u l-vitikultura…

Għandu 40 sena u ilu seba’ snin jivvjaġġa minn pajjiż għall-ieħor jibni l-kastelli bir-ramel, u jgħix ġo kamp. Peter Havel mir-Repubblika Ċeka qal li għalih dan huwa l-isbaħ stil ta’…

Mill-ispezzjonijiet li qed jagħmlu uffiċjali ta’ Transport Malta jirriżulta li l-iktar li sabu nies bla maskra fil-pubbliku huwa fuq tal-linja. Fi 3 ġimgħat inħarġu mat-300 multa wara li saru 13,000…

Aktar