Barranin
Fl-Ingilterra, il-Gvern se jiftaħ ċentri għat-tilqim tal-massa – eluf mistennija jitlaqqmu dil-ġimgħa

Eluf mistennija jitlaqqmu din il-ġimgħa fl-Ingilterra hekk kif il-Gvern se jkun qiegħed jiftaħ ċentri għat-tilqim tal-massa madwar il-pajjiż.

Is-segretarju tas-Saħħa Matt Hancock qal li l-gvern għandu t-tir li jlaqqam 15 il-miljun persunna fosthom anzjani ‘l fuq min 70 sena u ħaddiema fis-settur tas-saħħa sa’ nofs Frar.

Qal li dawn il-miri huma ċ-ċavetta għall-ħruġ mill-pandemija.

Hancock qal li s’issa fir-Renju Unit tlaqqmu żewġ miljuni waqt li kuljum qed jingħataw mal-200,000 doża.

Intant l-għadd ta’ persuni li mietu waqt li kienu pożittivi bil-virus fir-Renju Unit qabeż it-80,000 waqt li fl-aħħar seba t’ijiem ġew irreġistrati aktar minn 400,000 każ pożittiv.