Barranin
Fl-Ingilterra persuna se tkun tista’ tagħmel 2 rapid tests għall-COVID-19 fil-ġimgħa

Minn nhar il-Ġimgħa, kull persuna fl-Ingilterra se tkun tista’ tagħmel żewġ rapid test għall-coronavirus fil-ġimgħa. Din il-miżura hi parti mill-estenzjoni tal-programm ta’ ttestjar li nieda il-Gvern.

L-apparat biex isiru t-testijiet, li joħorġu riżultat fi żmien nofs siegħa, se jkunu jistgħu jinġabru b’xejn fost oħrajn minn spiżeriji, u jistgħu jaslu bil-posta.

Dawn it-testijiet diġà huma offruta lil tfal li jattendu l-iskola u l-familji tagħhom kif ukoll lil dawk li qed ikollhom joħorġu mid-dar biex imorru għax-xogħol.

Filwaqt li il-Ministru għas-Saħħa Ingliż qal li din il-miżura għandha tgħin biex ma jerġax ikun hemm firxa tal-virus ladarba jonqsu r-restrizzjonijiet, kritiċi argumentaw li jibżgħu li dan jispiċċa jsir tberbieq ta’ flus b’mod skandaluż.