Barranin
Fl-Ingilterra: Tifla ta’ 6 snin tmut wara li tajritha karozza hi u miexja ma’ missierha

Tifla ta’ 6 snin, li isimha għadu mhux magħruf, tilfet ħajjitha wara li ttajret minn karozza waqt li kienet miexja ma’ missierha f’Endon Road fi Stoke-on-Trent l-Ingilterra.

Filwaqt li t-tifla ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post, missierha rnexxielu jsalva għalkemm ġarrab xi ġrieħi. Sofra ġrieħi wkoll, f’rasu, ix-xufier tal-karozza li tajret lill-vittmi.

L-Ispettur tal-Pulizija ta’ Staffordshire, Lee Robinson qal li s’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.