Barranin
Fl-Ingilterra: Tinsab maqbuda fid-diżgwid bejn il-ġenituri tagħha u l-isptar

Tafida Raqeeb għandha 5 snin u tinsab fuq il-magni l-għaliex tbati minn kundizzjoni rari li kkawżatilha ħsara f’moħħha.

Il-każ tat-tifla ħoloq kontroversja sħiħa hekk kif il-ġenituri taċ-ċkejkna riedu jeħduha għal aktar kura fl-Italja mentri n-National Health Service (NHS) ma taqbilx mad-deċiżjoni u qed tirrifjuta li tirrilaxxa lit-tilfa.

Shelina Begum u Mohammed Raqeeb se jtellgħu lil NHS il-Qorti wara li mhux tippermettielhom jieħdu lil binthom għall-kura fl-Italja.

Ir-Royal London Hospital qal li ma taħsibiex bħall-ġenituri l-għaliex mhux fl-aħjar interess għat-tifla.

Il-Qorti mistennija tiddeċiedi x’inhu fil-verità l-aħjar interess għat-tifla u jekk tistax tiċċaqlaq minn fejn hi mingħajr ma jsirilha aktar ħsara.

Fl-Ingilterra u Wales, il-liġi tgħid li l-ġenituri huma responsabbli għat-tfal tagħhom inkluż dak li għandu x’jaqsam mat-trattament mediku. Iżda din il-liġi mhux dejjem applikabbli kif inhu fil-każ ta’ Tafida li tinsab maqbuda fid-diżgwid bejn il-ġenituri tagħha u l-isptar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Wara 48 siegħa jgħixu mumenti mill-aktar drammatiċi, ir-residenti u s-sidien tan-negozji f’Venezja ħadu ftit tan-nifs hekk kif stenbħu f’temp bnazzi u bil-livell tal-ilma inqas mir-rekord ta’ kważi żewġ metri fis-sigħat…

Barranin

Minn tal-inqas 5 persuni ndarbu fi sparaturi li seħħew fi skola f’Kalifornja. L-isparaturi seħħew f’Saugus High School f’Santa Clarita ftit minuti qabel bdew il-lezzjonijiet. Is-suspettat huwa ġuvni Ażjatiku ta’ 15-il…

Barranin

Il-ħamiem issibu kważi f’kull belt ewlenija madwar id-dinja foshom fil-Belt Valletta, iżda qatt innutajt li xi wħud minnhom bi swaba’ neqsin? Jidher li dan it-tajr jitlef xi swaba’ mhux għax…

Aktar