Barranin
Fl-Ingilterra tinsteraq kelba ta’ tifla bl-awtiżmu

Tifla ta’ 11-il sena li tbati bl-awtiżmu għaddiet minn xi jiem iebsin wara li serqulha l-kelb.

Lottie, kelba tar-razza Dalmatian nsterqet mid-dar tagħha fl-Ingilterra fil-bidu tax-xahar.  Il-kelba ta’ tliet snin hija kelba ta’ terrapija u hija l-akbar ħabiba tat-tifla u kienet tgħinha tikkalma.

Jidher li l-kelba għosfrot bħal-lum ġimgħa meta omm it-tifla nieżlet isfel u xi ħadd daħal ġewwa seraq il-kelba. Il-kelba teħtieġ ikel partikolari minħabba kundizzjoni li għandha.

Omm it-tifla qalet li minn meta nsterqet il-kelba, bintha ħin kollu tibki u anqas tkun trid tmur skola. Qalet li ma tista’ tagħmel xejn biex tferraħ lil bintha u appellat sabiex jagħtuha lura l-kelba u anke offriet rigal.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Hong Kong ħabbar pjani biex jitrażżan vjaġġar bejn iċ-Ċina u Hong Kong, waqt li l-coronavirus kompla jinfirex. Fiċ-Ċina, in-numru tal-mejta kawża tal-virus issa qabeż il-100, waqt li l-infezzjonijiet ikkonfermati qabżu…

Barranin

Mara mit-Tajwan tista’ tgħoddha b’waħda, hekk kif għall-aħħar tax-xahar kellha kollox lest biex tibbukkja btala fil-belt ta’ Wuhan, iżda spiċċat mhi sejra mkien wara li l-kelb tagħha, Kimi, kililha l-passaport….

Barranin

L-artista Delphine Boël irnexxielha tikseb il-provi li r-Re Albert II tal-Belġju huwa missierha. Delphine Boël, ta’ 51 sena, għaddiet minn battalja legali twila, wara li r-Re Albert II, li għandu…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Aktar